Il-Maltin Imħeġġa Jiffirmaw Petizzjoni Ewropea Biex L-Annimali Tat-Triq Ikollhom Iżjed Protezzjoni

Il-Malta Society for the Protection and Care of Animals (MSPCA) qed tħeġġeġ lill-Maltin sabiex jiffirmaw petizzjoni li qiegħda sseħħ fuq livell Ewropew u li qed titlob sabiex l-annimali li jgħixu fit-triq jingħataw iżjed protezzjoni.

L-MSPCA spjegat fuq il-midja soċjali kif din il-petizzjoni ġiet imnedija frott inizjattiva li ħadu grupp ta' ċittadini Ewropej. F'iżjed dettall tkellmu dwar kif din il-petizzjoni qed taspira li tagħti l-annimali tat-triq aċċess għal tilqim u kura veterinarja, fost oħrajn.

S'issa jidher li minn pajjiżna diġà nġabru mal-130 firma, biss jidher li sabiex tittieħed azzjoni fuq din il-petizzjoni, hi meħtieġa l-parteċipazzjoni ta' minn tal-inqas 4,320 Maltin.

Tistgħu tidħlu HAWN sabiex tiffirmaw din il-petizzjoni.

Ritratt:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI