"Il-Metro Trid Tkun Prijorita’ u Għawdex Irid Ikun Inkluż Mill-Bidu Tal-Istudju Tagħha." – Alex Borg Dwar Il-Metro

Alex Borg għadu kemm xerred fuq il-profil tiegħu xi punti dwar l-importanza tal-użu tal-Metro. Bħalissa dan hu suġġett li qala kontroversja madwar Malta u Għawdex, u fil-każ ta’ Alex, qed jagħti xi raġunijiet għaliex għandu jkun prijorità.

Alex jikteb kif skont stħarriġ li sar mill-NSO u kif ġie rrappurtat fuq is-sit Times of Malta, wieħed minn kull ħames Għawdxin ikollhom jaqsmu bejn Għawdex u Malta biex jaħdmu. Ħafna minnhom għandhom impjieg full-time. “Kemm hu sabiħ li kieku dawk il-ħaddiema u studenti jaqsmu bil metro għall-Universita’, MCAST jew għax-xogħol u jerġgħu jirritornaw lura fi djarhom f’Għawdex u mhux ikollhom jinfirdu minn mal-familja tul il-ġimgħa kollha.” Apparti minn hekk, it-traffiku li dawn isibu tul il-vjaġġ ikompli jtellifhom ħafna ħin.

Ikompli jikteb li l-ħidma biex ikollna Metro bejn Malta u Għawdex huwa pass importanti għall-benefiċċju tal-poplu. “Il-metro trid tkun prijorita’ u Għawdex irid ikun inkluż mill-bidu tal-istudju tagħha. Aħna l-Għawdxin m’aħniex tat-tielet klassi. Għawdex irid ikun fuq quddiem nett”

Int x’taħseb dwar dan? 





Facebook/ Tunç Soyer



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI