In-neputi ta’ Tony, l-anzjan li ħalla din id-dinja dan l-aħħar u li fl-aħħar ftit jiem ta’ ħajtu kellu l-opportunità jaqta xewqtu u jiltaqa’ mal-Prim Ministru, fisser kif għal dawk li bħalu tilfu lil xi ħadd qrib tagħhom il-Milied jista’ jkun żmien diffiċli u ta’ niket.
Iż-żagħżugħ stqarr li din is-sena iżjed minn qatt qabel jista’ jifhem dan l-uġigħ hekk kif għadu kif ġarrab it-telfa tal-għażiż nannuh.
“Diġà qed nimmisjawk aktar milli nistgħu ngħidu bil-kliem, nann… ħallejt warajk familja mimlija mħabba u tifkiriet sbieħ li se nibqgħu ngħożżuhom għal dejjem,” kiteb Kraylee lil nannuh b’diqa.
@kraylee_micallef The thing he really wanted before he rests ❤️🩹Grazzi Prim🙌 #fyp #fypシ゚viral #xyzbca #foryou #malta ♬ Jacob and the Stone (Slowed) – Emile Mosseri & sped up + slowed
Strieħ fis-sliem, Tony!
TikTok / Kraylee Micallef