Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Glenn Bedingfield ħabbar li ffirma l-avviż legali li se jippermetti lill-Pulizija u lill-uffiċjali tal-LESA joħorġu multi fuq il-post lil persuni li mhumiex residenti abitwali ta’ Malta.
F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, il-Ministru spjega li l-avviż legali issa se jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Huwa qal li fi żmien 24 siegħa mill-pubblikazzjoni tiegħu, il-Pulizija u l-uffiċjali tal-LESA se jkunu jistgħu mhux biss iħarrku lil dawk li jiksru l-liġi, iżda wkoll jitolbu l-ħlas immedjat tal-multa mingħand persuni li mhumiex residenti abitwali f’pajjiżna.
Din il-miżura hija maħsuba biex issaħħaħ l-infurzar tal-liġi u tiżgura li persuni li ma jgħixux b’mod abitwali f’Malta ma jevitawx il-ħlas tal-multi wara li jitilqu mill-pajjiż. Aktar dettalji dwar kif se tiġi implimentata din is-sistema mistennija joħorġu wara l-pubblikazzjoni uffiċjali tal-avviż legali.
Facebool / Malta Police Force