It-temp għall-Milied huwa kruċjali għal ħafna minħabba l-pjanijiet li jagħmlu għal matul il-jum tant speċjali. B’hekk ħafna jibdew jistaqsu kif se jkun it-temp. Il-paġna tal-Facebook Aġġornament tat-Temp tat ħjiel żgħir tal-ewwel indikazzjonijiet ta’ kif se jkun it-temp.
“Tikka ħjie għall-Milied,” huma kitbu. “L-indikazzjoni hi li se jkun bla xita. Madankollu huwa previst maltemp kbir lejn Sqallija ‘il fuq. Għalhekk wieħed ma jistax jagħmel previżjoni daqstant korretta!”
Hekk l-affarijiet għadhom mhux jidhru daqstant ċari, ikun għaqli li jkollok alternattivi varji għall-jum tal-Milied!