Joseph Calleja, bl-istage name Kapitlu Joseph, li huwa wieħed mid-duo tant maħbuba Kapitlu Tlettax, kiteb kelmtejn sbieħ hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-maħbuba tiegħu Katiuscia Azzoppardi.
“Awguri f’għeluq sninek, Katiuscia,” hu kiteb. “Int il-ħolma li saret realtà f’ħajti, il-qalb li tagħmilni sħiħ u t-tbissima li ddawwal kull jum tiegħi.”
Hu kompla jgħid, “F’dan il-jum speċjali nixtieqlek mumenti mimlija mħabba, ferħ u paċi, bħal dik li ġġibli iint f’qalbi. Inħobbok aktar milli kliem jista’ jesprimi, illum u għal dejjem.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw jum mill-isbaħ lil Katiuscia!
Facebook / Kapitlu Joseph