Il-Pajjiżi Ewropej Qed Jikkunsidraw Li Jibbojkotjaw It-Tazza Tad-Dinja Fis-Snin Li Ġejjin

Għadd ta' pajjiżi Ewropej bħalissa qed jikkunsidraw li jibbojkotjaw it-Tazza tad-Dinja fis-snin li ġejjin, skont kif żvelat mis-sit barrani Sky News.

Dan il-bojkott qed jiġu kkunsidrat wara li l-President ta' FIFA Gianni Infantino ħabbar il-pjan tiegħu li investituri privati jitħallew jixtru parti mid-drittijiet kummerċjali tat-Tazza tad-Dinja.

Fost diżappunt kbir espress minn miljuni ta' partitarji minn madwar id-dinja, organiżazzjonijiet oħrajn tal-futbol ikkundannaw din id-deċiżjoni u fissru kif permezz tagħha, FIFA se tkun qiegħda "tbigħ ir-ruħ tal-futbol".

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, it-tmexxija ta' Gianni Infantino qanqlet bosta kontroversji, b'waħda mill-iżjed prominenti tkun dik ta' meta l-President ta' FIFA ħa d-deċiżjoni li jneħħi karta ħamra li ngħatat lil plejer Amerikan wara konverżazzjoni li hu kellu mal-President Amerikan Donald Trump.

Intom x'taħsbu dwar din id-deċiżjoni? Taqblu mal-bojkott li l-pajjiżi Ewropej qed jikkunsidraw?

Ritratti:

Facebook / Geo News English u World Cup

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI