Il-Qdusija tiegħu, il-Papa Franġisku, kellu lejl ta’ mistrieħ u sebaħ għall-ħabta tat-08:00 ta’ dalgħodu, skont stqarrija ppubblikata t-Tlieta filgħodu mill-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede.
Ilbieraħ filgħaxija, l-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede pprovda aġġornament dwar is-saħħa tal-Papa Franġisku, u jirrapporta titjib kontinwu. Fl-istqarrija hemm spjegat li l-kundizzjoni klinika tal-Papa tibqa’ stabbli.
Il-progress irreġistrat fil-jiem preċedenti kompla jiġi kkonsolidat, kif kien ikkonfermat kemm mit-testijiet tad-demm kif ukoll mit-testijiet kliniċi. Il-Papa qed ikollu rispons tajjeb għat-terapija farmakoloġika.
Inkoplu nżommuh f'talbna.
Facebook/ Vatican News