Il-Parroċċa San Sebastjan f’Ħal Qormi sellmet il-memorja ta’ Dun Gejt Cassar, li ħalliena 21 sena ilu.
Fuq il-paġna tagħhom kitbulu, “Il-Parroċċa llum tfakkar il-21 anniversarju mill-mewt ta' Dun Gejt Cassar, l-ewwel saċerdot ordnat fil-Parroċċa tagħna. Filwaqt li nroddu ħajr lil Alla għad-don tal-ħajja ta’ Dun Gejt, inkomplu nitolbu għal ruħu u għall-erwieħ tas-saċerdoti kollha tagħna li servew u qdew il-ministeru tagħhom fi ħdan il-Knisja b’ħafna disponibbiltà.”
Temmew kliemhom b’talba, “Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.”
Fil-kummenti diversi persuni fakkru kemm kien raġel maħbub u li kellu jħallina wisq kmieni.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu ma tintesa qatt.
Facebook / Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi