Nhar it-Tnejn 5 ta’ Jannar 2026, il-komunità Qormija se tkun qed tfakkar mument importanti fl-istorja tagħha hekk kif se jkun qed jiġi ċċelebrat id-90 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Bastjan. Okkażjoni li tfakkar snin twal ta’ fidi, tradizzjoni u ħidma kontinwa fil-qalba tal-lokalità.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni speċjali, il-parroċċa se tilqa’ fostha lill-Kardinal Mario Grech, li se jingħata merħba uffiċjali għall-ħabta tal-5pm fil-Palazz Narbona mill-President u l-Kumitat tas-Soċjetà. Minn hemm, il-Kardinal se jkun akkumpanjat mill-Banda tas-Soċjetà, il-Kumitat Ċentrali u membri tal-Għaqdiet Bastjaniżi sal-Knisja Arċipretali.
Il-programm se jkompli bil-Pontifikal Solenni filwaqt li ċ-ċelebrazzjoni se tkun imżewqa wkoll b’sehem pirotekniku tal-Għaqda tan-Nar San Sebastjan. Jum li se jfakkar mhux biss anniversarju iżda wkoll l-għaqda u l-identità tal-komunità Bastjaniża.
Kulħadd hu mistieden jattendi u jingħaqad mal-komunità Bastjaniża f’din iċ-ċelebrazzjoni speċjali. 💚
Facebook/ Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan A.D. 1862