Il-Pinna Tiegħu Jaf Inħliet, Iżda Dak Li Ħareġ Minnha Jibqa’ Jgħix – Sitt Snin Mill-Mewt Ta’ Oliver Friggieri

Illum infakkru s-sitt anniversarju mill-mewt ta’ Oliver Friggieri, isem li għal ħafna studenti tal-Malti ma kienx biss poeta u kittieb, iżda parti mill-vjaġġ tagħhom fl-istudju ta’ lsienna.

Il-poeta, professur, filosfu u ħassieb, ħalla warajh wirt letterarju li ma jtemm qatt. Kliemu għadu jinqara, jiġi studjat u, fuq kollox, jidħol sal-ġewwieni ta' dik il-persuna li tifhem eżatt minn xiex għadda, wara li taqra xogħlu.

Fi kliemu stess insibu dik il-ħtieġa profonda li jikteb, li jħoss u li jesprimi dak li jgħaddi minnu, “għax hekk biss inkun poeta” . U forsi propju għalhekk il-pinna tiegħu qatt ma ntfiet tassew, għax anke meta l-preżenza fiżika għebet, kliemu baqa' jdoqq melodija ħelwa f'tant bnedmin li kellhom għal qalbhom dak kollu li kien marbut miegħu.

Sitt snin wara, Friggieri għadu magħna bejn il-paġni tal-kotba, fil-versi li niftakru u fil-lezzjonijiet li għadna nitgħallmu, għax hemm kittieba li jmutu u jintesew maż-żmien, iżda Friggieri żgur mhux wieħed minnhom. Għalhekk, mhux lakemm tgħid tinsieh, għax kliemu jibqa' jiżra', tant passjoni lejn il-Malti.

Nirringrazzjawk Prof, talli qabbadt xrara ta’ mħabba lejn il-Malti, li għadha tiddi sal-lum!

Ritratt:

Facebook/Oliver Friggieri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI