Jacqui Losco qasmet messaġġ mimli mħabba, apprezzament u ftit umoriżmu għall-għażiż żewġha Sam Urpani. Hi esprimiet kemm tapprezzah u tagħmilha ċara.
Fil-messaġġ tagħha, Jacqui ddeskriviet lil Sam bħala persuna ġentili u ġeneruża, li dejjem iqiegħed lill-ħbieb u lill-familja l-ewwel u qabel kollox.
Hi faħħret ukoll il-passjoni tiegħu għal dak li jagħmel u kemm jieħu gost jgħin lill-oħrajn jilħqu l-istess miri u jsibu l-passjoni tagħhom.
"Nittama li din is-sena ġġiblek aktar ferħ u avventuri ġodda. Nittama li taf kemm napprezzak," tkompli Jacqui. Tellgħet filmat mimli mumenti diversi li kellhom flimkien, u anke rreferiet għar-ritratt li jidher bħala 'thumbnail' qabel tidħol
Nawgurawlek, Sam!