“Ejjew Inwaqqfu Dil-Moħqrija” – Għaqda Tiftaħ Petizzjoni Biex Jiġu Projbiti L-Karozzini Taż-Żwiemel

L-għaqda Animal Liberation Malta qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jiffirma petizzjoni li hi fetħet ftit jiem ilu fejn fiha qed titlob sabiex f'pajjiżna jiġu projbiti l-karozzini taż-żwiemel.

L-attivisti spjegaw kif għal bosta snin iż-żwiemel ġew esposti għal tbatija liema bħalha f'ambjenti mhux addattati maħkuma mit-traffiku u mill-istorbju, u dan sabiex jintużaw bħala mezz ta' transport.

Komplew jisħqu li dan jeħtieġ li jieqaf għaliex sostnew li "l-ebda tradizzjoni m'għandha tiddependi fuq it-tbatija tal-annimali".

Fit-talba tagħha, l-għaqda fissret kif hi tirrikonoxxi li għadd ta' persuni jaqalgħu l-għajxien tagħhom minn din it-tradizzjoni u tenniet il-fehma tagħha li dawn il-persuni għandhom jingħataw is-sapport meħtieġ sabiex isseħħ tranżazzjoni mill-karozzini taż-żwiemel għal mezzi ta' trasport iktar moderni, fosthom it-tuk-tuk.

"Dawn iż-żwiemel qattgħu ħajjithom jaħdmu għan-nies... issa jistħoqqilhom jgħixu l-bqija ta' ħajjithom fil-paċi u fid-dinjità," temmet tikteb l-għaqda Animal Liberation Malta. Tista' taċċessa l-petizzjoni li fetħet din l-għaqda billi tagħfas hawnhekk.

Intom x'taħsbu dwar dan?

Ritratti:

Facebook / Frank Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI