Il-President Ta’ Malta Tattendi L-Inawgurazzjoni Tal-Każin Tal-Banda Tal-Fgura

Il-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, attendiet l-inawgurazzjoni tal-każin tal-banda tal-Fgura.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha ġie miktub, “Il-Ħadd filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għall-inawgurazzjoni tal-Każin tal-Banda tal-Fgura, li nbena mill-ġdid bħala parti minn proġett estensiv tal-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu. F’diskors tal-okkażjoni, il-President faħħret is-sens ta’ komunità fil-Fgura, minkejja li nnutat li din hi lokalità relattivament ġdida.”

Żiedu jgħidu, “Matul is-serata, li kienet tinkludi programm vokali u strumentali, il-President irċeviet ukoll donazzjoni b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.”

Nirringrazzjaw mill-qalb lil kull min ta donazzjoni biex ngħinu lil kull min hu fil-bżonn, u nawguraw lill-Każin tal-Banda fl-inawgurazzjoni tagħhom.





Facebook / Myriam Spiteri Debono



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI