Il-Prim Ministru Ingliż Iħeġġeġ Lill-Poplu Jaħżen Ikel Priservat F’Każ Ta’ Emerġenza

Il-Prim Ministru Ingliż Andy Burnham għadu kif ħeġġeġ lill-poplu tiegħu sabiex jibda jaħżen ikel priservat u ilma sabiex b'hekk il-familji jkunu preparati aħjar f'każ li tqum xi emerġenza.

Fl-isfond ta' maltempati kbar li qed jaħkmu lir-Renju Unit u attakki onlajn li qed isiru iżjed frekwenti u qed ixekklu s-sistemi tal-pajjiż, il-Prim Ministru rrikonoxxa b'diżappunt li "avvenimenti mhux mistennija qiegħdin dejjem isiru iżjed komuni".

Hu saħaq li qed jagħmel dan l-appell mhux biex joħloq sens ta' allarm fost il-poplu, iżda sabiex jara li jiddaħħlu fis-seħħ "miżuri sensibbli ħalli kull dar ikollha biżżejjed riżorsi f'sitwazzjonijiet diffiċli".

Rapporti tal-BBC semmew kif il-gvern tar-Renju Unit ħareġ din it-twissija sabiex jara li ċ-ċittadini tiegħu jkunu mħejjija għal sitwazzjonijiet ta' gwerra, diżastru naturali jew attakk ta' natura onlajn.

Sors: BBC

Ritratt:

Facebook / Andy Burnham u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI