Il-MAM Tgħid Li Qed Jistennew 35 Mewta Oħra Bil-Covid-19 Jekk In-Numri Ħa Jibqgħu Kif Inhuma

Bħalissa fl-isptar hemm 80 persuna, 80 ħajja li huma morda serjament bil-Covid-19. L-assoċjazzjoni medika, MAM esprimiet id-diżappunt tagħha dwar la-aħħar kampanja li tnediet biex jippromovi avvenimenti tal-Mlied.

Minn dawn it-tmenin persuna li hemm morda serjament, 12 minnhom jinsabu taħt kura intensiva u dan hu sinjal ċar li s-saħħa u s-sigurtà għandha titieħed b'serjetà għax kif rajna fl-aħħar jiem, l-infezzjonijiet u l-imwiet qed jiżdiedu.

Huma qed ibassru li skont l-istatistika, għandna nistennew 35 mewta oħra relatati mal-Covid-19. Il-MAM għalqet billi qalet il-Covid-19 mhux se joqtold il-Milied iżda taf jispiċċa jaħsad il-ħajja ta' aktar Maltin li huma vulnerabbli u ma jkunux kapaċi jiġġieldu lil dan il-virus!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI