Matul dawn l-aħħar minuti, l-Isptar Mater Dei ħareġ stqarrija fuq il-midja soċjali fejn fiha ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jevita li jmur fis-sezzjoni tal-Emerġenza jekk mhux verament għall-bżonn.
Dan hekk kif bħalissa l-isptar jinsab impenjat ferm jassisti f'inċident serju li sfortunatament għadu kif seħħ f'Baħar iċ-Ċagħaq.
Filwaqt li appella għall-koperazzjoni tal-pubbliku, l-isptar tenna li b'hekk ir-riżorsi jistgħu "jibqgħu disponibbli għal min l-aktar għandu bżonnhom".
Inżommu fi ħsiebna lill-persuni involuti f'dan l-inċident.
Wikipedia / Mater Dei