Il-Forza tal-Pulizija ta’ Malta għamlet appell fuq Facebook dwar it-tfittxija ta’ mara. “Tistgħu tgħinuna nsibu lil din il-persuna? Hija qiegħda tigi mfittxija b’rabta ma’ investigazzjoni relatata ma’ importazzjoni u traffikar tad-droga,” ġie miktub fuq il-paġna.
Il-Pulizija talbu wkoll biex ma jitpoġġux ismijiet fil-kummenti, “iżda jekk għandkom informazzjoni dwar fejn tista’ tinstab, din għandha tiġi mgħoddija fuq messaġġ privat permezz ta’ Messenger jew fuq il-linji 119 / 21224001 u jiġi kwotat in-numru 4/2020.”
Jekk rajt din il-mara, tiddejjaqx tgħin lill-pulizija.
Facebook/The Malta Police Force