“Clayton Fava qed jiġi mfittex fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti,” kitbu l-Pulizija ta’ Malta fuq Facebook.
Żiedu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ Messenger (HAWN), jew billi jċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21224001 jew 21224119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kkwotat in-numru 23/2023.”