Il-Pulizija Qed tinvestiga L-Filmati Sesswali Li Qed Jinfirxu Fuq Il-Midja Soċjali

F’dawn l-aħħar sigħat, diversi nies qed jiktbu posts fuq il-midja soċjali dwar filmati ta’ żewġ persuni jagħmlu atti sesswali ġo bar f’Ħal Luqa. Dan hekk kif dawn il-filmati qed jinfirxu bil-messaġġi privati u anke f’gruppi tal-apps Messenger u WhatsApp.

F’dawn il-filmati, dawn iż-żewġ persuni jidhru biċ-ċar qed jagħmlu atti sesswali fil-pubbliku, filwaqt li n-nies l-oħra fil-bar jinstemgħu qed iħeġġuhom. Fil-filmat jidher il-waiter ukoll ikompli jservi l-birra qisu xejn mhu xejn.

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta qed jinvestiga dawn il-filmati sesswali.

Ħafna nies ikkritikaw it-tixrid ta’ dawn il-filmati u qalu li dan huwa att insensittiv ħafna u juri x’soċjetà bla sinsla aħna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI