Ilbieraħ saret l-attività Run – Swim – Run, b’risq Len and Jacob Wellness Fund, fejn bosta atleti ħadu sehem għal din il-kawża ġusta. Apparti l-ammont sabiħ ta’ parteċipanti, kien hemm il-preżenza tal-uffiċjali tal-Pulizija ta’ Malta.
“Il-pulizija ta’ Malta llum kienu parti mill-attività Run-Swim-Run b’risq Len u Jacob Wellness Fund. Prosit lill-atleti kollha li pparteċipaw f’dan l-avveniment nobbli u nħeġġu lis-segwaċi tagħna biex isegwu l-istorja ta’ Len & Jacob permezz il-paġna tagħhom.”
Prosit kbira!