Nhar il-Ġimgħa 20 t’Ottubru 2023, il-Pulizija ta’ Malta mistennija jorganiżżaw fiera tal-kotba. Huwa mifhum li l-qliegħ kollu sa jmur b’risq dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jisfgħu vittma tal-kriminalità.
Permezz ta’ din il-fiera sa jkunu jistgħu jiġu megħjuna persuni li jiġu abbużati u jsibu rwieħhom vittmi ta’ vjolenza domestika u abbuż sesswali, fost oħrajn.
Għaldaqstant, fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, il-Pulizija ta’ Malta appellaw għal dawk kollha li għandhom kotba, anke jekk stess huma użati, li ma jużawhomx iżjed sabiex jgħadduhomlhom fil-Kwartieri Ġenerali tal-Furjana.