Il-Vaċċin Ħa Jkun Obbligatorju F'Pajjiżna Jew Le? – X'Kellha Xi Tgħid Il-Professur Gauci?

Waħda mill-mistoqsijiet li saret illum waqt il-konferenza stampa tal-Professur Charmaine Gauci dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet jekk il-vaċċin hux ħa jkun obbligatorju għal kulħadd meta jasal f’Malta.

Il-professur qalet, “It-tilqima mhux ħa tkun obbligatorja kif diġà għadna.” Hi tinsisti li f’Malta ħafna persuni qed jirrealizzaw kemm hi serja din il-pandemija u kemm affetwat familji u anke dawk li ħadmu mill-viċin tal-pazjenti.

Il-Professur Gauci tgħid li l-poplu Malti imdorri bit-tilqim li jgħin is-saħħa tagħna. Hi kkonfermat, “Ma nħossux li għandna għalfejn nagħmluha obbligatorja.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI