"Il-Vaċċin Qed Naraw Li Ħa Jkun Magħna Għall-Bidu Ta' Jannar" – Il-Prim Ministru Robert Abela Dwar Il-Vaċċin Tal-Covid-19

Il-Prim Ministru f'mistoqsija li saritlu lbieraħ minn dawk li kienu qed isegwu l-intervent tiegħu fuq il-paġna uffiċjali kkonferma meta għandha tasal il-vaċċin tal-Covid-19 f'Malta.

Hu qal, "Il-vaċċin qed naraw li ħa jkun magħna għall-bidu ta' Jannar. Ħdimna bil-għaqal biex nassiguraw li nkunu fost l-ewwel pajjiżi li jkollhom... mhux biss ikollna l-vaċċin imma jkollna biżżejjed dożi ta' vaċċin."

Il-Prim Ministru sellem il-ħidma tad-Deputat Prim Ministru u Ministru Għas-Saħħa Chris Fearne li ħadem mis-sħiħ biex dan ikun possibbli. Hu jgħid, "Nittama li jkun fl-ewwel ġranet ta' Jannar, idealment ikun magħna lejn l-aħħar ta' Diċembru iżda l-affarijiet jidhru qed jindikaw lejn il-bidu ta' Jannar li mbagħad jibda programm intensiv ta' tilqim."



Il-Prim Ministru qal li ħa jibdew mill-frontliners imbagħad ħa jkun hemm pjan kordinat ta' kif ħa jsir it-tilqim. Hu jgħid li ħa jkollna biżżejjed dożi għal kulħadd, saħansitra aktar minn biżżejjed.

Hu jistqarr li l-vaċċin mhux ħa jkun bilfors iżda r-rakkomandazzjoni ħa tkun li kulħadd jitlaqqam!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI