Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl, Rabat - Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar sabiħa hekk kil ftit tal-ħin ilu irritornat il-vara artistika ta’ Kristu Rxoxt. Il-vara, magħmulha minn Wistin Camilleri, ġiet irrestawrata min-neputi tiegħu Aaron Camilleri Cauchi
Bdew billi qalu, “Bi pjaċir inħabbru li għadha kemm waslet lura mir-restawr il-Vara artistika ta' Kristu Rxoxt fil-Bażilika tagħna sabiex għada filgħodu ndawruha mat-toroq tal-Parroċċa tagħna.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Il-vara li saret minn Wistin Camilleri Cauchi fl-1916 ġiet irrestawrata min-neputi tiegħu, Aaron Camilleri Cauchi. Grazzi lil dawk kollha li għenu biex isir dal-proġett.”
Prosit kbira!