L-ewwel qtil tas-sena seħħ f’Bidnija wara li ħabta żgħira bejn mutur u karozza spiċċat f’traġedja. Il-każ ġara għall-ħabta tas-6:30 a.m. fi Triq il-Konkos, fejn għaddejjin xi xogħlijiet u l-karreġġjata hija limitata. Wara l-ħabta, żviluppat argument bejn iż-żewġ sewwieqa – li huma ġirien – minkejja l-preżenza ta’ uffiċjali tal-LESA fuq il-post. Skont rapporti, ir-rikkieb tal-mutur allegatament mar lura d-dar tiegħu, ħa arma u spara diversi tiri lejn is-sewwieq tal-karozza, John Paul Busuttil, magħruf bħala Ta’ Bandallu, ta’ 53 sena. Il-Pulizija arrestat lis-suspettat u qed tkompli bl-investigazzjonijiet.
The Malta Police Force / TVMnews