Dawk kollha li jsegwu lil Alana Bondin jafu li lbieraħ kien jum speċjali għaliha u għall-għażiż żewġha, Nicholas. Dan għaliex il-koppja ċċelebraw tliet snin ta’ żwieġ – tappa importanti fil-ħajja tagħhom flimkien. Tliet snin ilu, komplew il-vjaġġ tagħhom bħala koppja, din id-darba b’wegħda solenni ta’ mħabba u impenn – vjaġġ li, ftit xhur ilu, kkorona b’mument ieħor sabiħ meta saru wkoll ġenituri għall-ewwel darba.
Aħna, f’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Alana u lil Nicholas aktar snin mimlijin mħabba, ferħ, paċi f’qalbhom u bosta tifkiriet sbieħ li jibnu flimkien. Ċertament, l-imħabba tagħhom hija waħda speċjali – waħda li tidher fil-mod kif iħarsu lejn xulxin, kif jappoġġjaw lil xulxin, u kif jgħixu kull mument b’għożża.
Alana ma tiddejjaqx taqsam ċerti esperjenzi personali li jgħaddu minnhom bħala koppja, u b’dan il-mod toħloq rabta vera ma’ dawk li jsegwuha, li ħafna drabi jsibu lilhom infushom jirrelataw mal-ħajja reali u sinċiera li tħaddan.