Ilbieraħ kienet verament ġurnata sewda għat-toroq Maltin minħabba l-ammont ta’ inċidenti li seħħew fit-toroq Maltin. Fosthom kien hemm l-inċident fejn fih weġġa’ l-President Emeritu ta’ Malta George Abela flimkien ma’ martu.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Din Malta Tagħna qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn relatati ma’ dawn l-inċidenti fejn qalu, “Ilbieraħ kellna tlett aċċidenti tat-traffiku fatali fejn mietu; Żabbarija ta’ 71 sena f’ħabta fil-Fgura, sewwieq ta’ mutur Żejtuni ta’ 58 sena f’Tal-Pieta’, u Ħamruniża ta’ 62 sena fix-Xatt ta’ Liesse il-Belt Valletta. Dan minbarra nies oħra li huma midruba gravi fl-isptar.”
Kondoljanzi mill-qalb tmur mal-familji tal-vittmi.