Ilbieraħ, Ahsley Eric Peschel, li nafuh l-aktar fuq il-mezzi soċjali tagħna għaċ-ċajt li jtella’ ċċelebra l-anniversarju mal-mara tiegħu! Hu tella’ ritratt biex jgħid li għal din iċ-ċelebrazzjoni hu ħadha ġo stabbiliiment tal-fast food! Donnu ma tantx ried jonfoq flus!
Ċajt apparti, f’post aktar kmieni hu qasam ritratt mill-ġurnata tat-tieġ tagħhom. Hu awgura lil martu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum. Iżżewġu proprju 14-il sena ilu iżda ilhom jafu lil xulxin għal dawn l-aħħar 18-il sena.
View this post on Instagram
Hu jistqarr li jiġġieldu u xi kultant ikollhom aptit joqtlu lil xulxin iżda ma jgħixux mingħajr xulxin! Jidher li martu fan kbira ta’ Ryan Reynolds u jgħidilha biex tgħajjatlu Ryan hux!
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali.
View this post on Instagram
Instagram / peschel_talks