“Ilbieraħ Ibni Andre Ġie Rikonoxxut B’unur Prestiġjuż” – Il-Ministru Anton Refalo

Waqt serata prestiġjuża tal-Gozo Tourism Awards 2025, Andre Refalo ġie onorat bil-Gozo Tourism Entrepreneurship Award, premju mogħti mill-Gozo Tourism Association bħala rikonoxximent għall-ħidma, l-impenn u l-viżjoni tiegħu fil-qasam tat-turiżmu u l-intraprenditorija f’Għawdex.

Dan il-premju jenfasizza l-passjoni u d-dedikazzjoni li Andre dejjem wera fix-xogħol tiegħu, kif ukoll il-kontribut tiegħu biex ikompli jsaħħaħ is-settur turistiku Għawdxi. Il-kisba tiegħu hija frott ta’ ħidma kontinwa, determinazzjoni u twemmin qawwi fil-ħolm u l-għanjiet tiegħu.



F’messaġġ mimli emozzjoni u kburija, missieru, il-Ministru għal Għawdex u l-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, esprima l-ferħ tiegħu għal din il-kisba, u qal li “tara lil ibnek jirnexxi f’dak li jemmen fih huwa sentiment li diffiċli jitfisser bil-kliem.”



Huwa awgura lil Andre biex ikompli jimxi ’l quddiem bl-istess determinazzjoni, umiltà u mħabba lejn dak li jagħmel, filwaqt li tenna kemm huma “kburin immens bih.”



Ritratti:

Facebook/ Anton Refalo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI