Ilbieraħ, il-preżentatur lokali Nigel Vella, fuq il-mezzi soċjali tiegħu awgura lill-għażiża nanna tiegħu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Hu beda l-kitba tiegħu billi qal, “Illum jum speċjali għall-familja tagħna – il-birthday tan-Nanna Marija.”
Ma’ dan żied jgħid, “Mara b’qalb tad-deheb li tħobb il-proxxmu tagħha, u qed ngħidu dan mhux għax neputijiha, imma għax hekk jgħid kull min jafha. Marsija minn ta’ ‘Beża’ l-Art’, imma ma nafx x’hemm li jbeżża’ fiha!”
Hu jkompli, “Ilha aktar minn 60 sena tgħix il-Ħamrun, u kienet hi li kebbset fija l-imħabba lejn il-komunità tagħna, anke għaliex missierha kien attiv ħafna fil-Ħamrun. Nanna, awguri u nħobbok ħafna. Grazzi ta’ dak li għamilt u għadek tagħmel miegħi u mal-familja kollha sal-ġurnata tal-lum.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Illum u dejjem.
Facebook / Nigel Vella