“Illejla, Għall-Ewwel Darba, S-Siġġu Tiegħek Ser Ikun Vojt, Imma Naf Li L-Ispirtu Tiegħek Se Jkun Hemm” – Clayton Mifsud Lill-Għażiż Missieru

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Clayton Mifsud sellem il-memorja tal-għażiż missieru permezz ta’ kliem mill-isbaħ.

Beda billi qal, “Din għalik, Pa! Dejjem kont hemm, fl-ewwel ringiela, titbissem bi kburija, tħeġġiġni f’kull pass! Dejjem emmint fija, gwidajtni, u sawwartni fir-raġel li jien illum. Kull sena kont tkun ħerqan għal dan l-ispettaklu qisu kien tiegħek, għax b’diversi modi verament kien. Tajtni s-saħħa, tajtni skop, u r-raġuni għala għandi nibqa’ nimxi l-quddiem.”

Żied, “Illejla, għall-ewwel darba, s-siġġu tiegħek ser ikun vojt, imma naf li l-ispirtu tiegħek se jkun hemm, b’saħħtu aktar mis-soltu. Ser nagħti ħilti kollha għalik, għal dak kollu li għallimtni, għall-imħabba u s-sapport li ma waqfu qatt. Nittama li nagħmlek kbur, kif dejjem nipprova. Nimmisjak immensament. Inħobbok għal dejjem.”





Facebook/Clayton Mifsud



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI