Illejla Programm Ħelu B’Żewġ Veterani Fil-Mużika Maltija

Joe Cutajar u Helen Micallef, kienu proprju t-tieni rappreżentanti ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest. It-tnejn li huma għandhom karriera twila fix-xena lokali, b’diversi esperjenzi mill-aqwa. Fil-programm X’Laqatni ta’ Andrew Zahra wieħed ħa jkollu ċ-ċans jiskopri aktar dwar dawn iż-żewġ kantanti.

Niskopru minn fejn bdiet il-karriera tagħhom, kif spiċċaw ikantaw il-kanzunetta L-Imħabba u kif ukoll nsiru nafu xi fatti kurjużi li ma konniex nafu qabel. Il-familja hi għal qalb it-tnejn li huma u wieħed żgur ma jistax isemmi l-fatt li t-tnejn li huma ġejjin minn familja mużikali speċjalment Helen, li tiġi oħt Renato u anke t-tfal tagħha jkantaw!

L-aħħar programm ta’ din l-iskeda ħa jagħlaq bi kbir, b’żewġ veterani bħal Joe u Helen, u fil-programm ukoll jintwera l-vidjow mużikali ta' Safe Haven mill-kantanta żagħżugħa Enya Magri, li ftit jiem ilu nediet proprju fuq dan is-sit.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI