Il-ġimgħat għaddew, u X Factor Malta: Back to Win wasal għall-fażi tas-semifinali. B’kollox hemm sitt kontestanti li ser ikunu qed jirsistu biex jaslu sal-finali tal-istaġun.
Is-semifinalisti huma:
- Shanice
- Amelia
- Lapes u Nadine
- Jasmine Abela
- Lisa Gauci
- Miguel Bonello
Erba’ biss ser jispiċċaw fil-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej, pass eqreb biex niskopru minn ser ikun qed jirbaħ il-ħames staġun.
Min taħsbu li ser ikunu l-finalisti?