Illum 29 Ta’ Ġunju Tiġi Iċċelebrata L-Fesa Tradizzjonali Tal-Imnarja

Illum 29 ta’ Ġunju huwa l-jum fejn fih tiġi iċċelebrata l-festa tal-Imnarja, festa tradizzjonali għal qalb bosta Maltin li hija wkoll il-festa tar-raħal fin-Nadur Għawdex. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward din il-festa.

Qasmu parti mill-messaġġ tal- L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fis-solennità ta' San Pietru u San Pawl. Fost l-oħrajn hu qal, “Pietru u Pawlu kienu differenti ... madankollu llum il-Knisja tfakkarhom flimkien għax dak li għaqqadhom kien ferm akbar minn dak li kien jifridhom: kienet l-għotja sħiħa tagħhom lil Ġesù Kristu, sal-aħħar.”

Żiedu, “Fil-festa tal-lum nitolbu biex tingħatalna l-imħabba ġeneruża ta' Pietru, il-ħeġġa missjunarja ta' Pawlu, u l-fedeltà biex, bil-ħajja kollha tagħna, inkomplu nistqarru: ‘Int il-Messija, Bin Alla l-Ħaj.’”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI