Tħabbret Il-Mewt Ta’ Monsinjur Lawrenz Zammit – L-Ewwel Arċipriet Fil-Furjana Minn Ħal Qormi

Dun Lawrenz

Il-paġna uffiċjali Parroċċa San Publju Floriana għadha kemm ħabbret b'sogħba l-mewt ta' Monsinjur Lawrenz Zammit. Hu kien proprju l-ewwel Arċipriet tal-Furjana minn Ħal Qormi.

"Il-parroċċa tal-Furjana b'sobgħa kbira tħabbar li l-Mulej għoġbu jsejjaħ lill-W.R. Mons Lawrenz Zammit, eks-Arċipriet maħbub tal-Furjana. Dun Lawrenz kien l-ewwel Arċipriet tal-Furjana minn Ħal Qormi."

Twieled fit-2 ta' Awwissu, 1951. Magħruf għall-imħabba li dejjem kellu lejn San Publju. Il-ħidma tiegħu b'risq il-knisja ser tibqa' għal dejjem apprezzata.

"Dawk li verament apprezzawh illum jistgħu jgħożżu t-tifkiriet tal-kariżma saċerdotali tiegħu, il-qrubija ma' dawk fil-periferija u l-imħabba lejn iż-żgħażagħ. L-Arċipriet u l-parruċċani joffru l-kondoljanzi lil oħtu Georgina u l-familjari."

Strieħ fis-sliem, Monsinjur.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI