“Int Omm Oħra Għalija, Protettriċi, Ħabiba U Barka” – Phyllisienne Brincat Lil Oħtha Inez F’Għeluq It-80 Sena Tagħha

Phyllisienne Brincat qasmet messaġġ mill-isbaħ u mimli mħabba ddedikat lil oħtha l-kbira Inez, li llum qed tiċċelebra għeluq it-80 sena tagħha.

F’kitba fuq il-midja soċjali, Phyllisienne fissret ir-rabta speċjali li hemm bejnha u bejn oħtha, li tul ħajjitha kienet ferm aktar minn sempliċement oħt għaliha. Tant hemm differenza fl-età bejniethom li, kif irrakkontat bi tbissima, mhux l-ewwel darba li n-nies ħasbu li Inez kienet ommha.

"Għaxar snin? Minn meta kont żgħira, dejjem ħadt ħsiebi, ħaristni, ipproteġejtni u ħabbejtni bħallikieku kont ommi," kitbet Phyllisienne, filwaqt li ddeskriviet lil Inez bħala l-protettriċi tagħha, ħabiba u "omm oħra" f’ħajjitha. Phyllisienne, li hija ż-żgħira tal-familja, qalet li minkejja li llum kibret, taf li għal Inez xorta waħda baqgħet il-"prinċipessa ċkejkna" tagħha.

Fil-messaġġ tagħha rringrazzjat lil oħtha għal kull darba li kienet hemm għaliha, għas-sagrifiċċji li għamlet, għall-kura, għall-kliem ta’ inkoraġġiment u, fuq kollox, talli dejjem għamlitha tħossha maħbuba u protetta. "Int m’intix sempliċement oħti l-kbira. Int omm oħra għalija, protettriċi, ħabiba u barka li Alla poġġa f’ħajti," kompliet tikteb.

Phyllisienne temmet il-messaġġ tagħha b’talba biex Alla jkompli jbierek lil Inez, jagħtiha s-saħħa u ħafna aktar snin sbieħ imdawra b’dawk kollha li jħobbuha. Messaġġ tassew sabiħ li juri kemm ir-rabta bejn dawn iż-żewġ aħwa hija waħda speċjali. Minn Gwida, nawguraw lil Inez l-isbaħ xewqat f’għeluq it-80 sena tagħha!

Ritratti:

Facebook / Phylisienne Brincat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI