“Grazzi Talli Bqajt Hemm Għalija, Talli Fhimtni… Talli Qatt Ma Tbiegħedt. Dik It-Tip Ta’ Mħabba Hi Rari” – Gillian Attard Għal Ħabiba Speċjali

Gillian Attard

Gillian Attard kitbet messaġġ mill-qalb f’għeluq snin ħabiba tal-qalb Zoe Chircop. F’dak li jidher bħala kliem sinċier lejn ħbiberija soda.

Gillian esprimiet kemm Zoe kienet preżenza kostanti f’ħajjitha, kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk diffiċli.

Hija rringrazzjatha talli dejjem baqgħet magħha, anke meta s-sitwazzjonijiet kienu kumplessi, u enfasizzat li din it-tip ta’ mħabba u lealtà hi prezzjuża.

“Onestament lanqas biss naf minn fejn nibda… int kont kontinwament hemm f’ħajti, f’kull żmien tajjeb, f’kull żmien ħażin, u fil-kaos kollu matulhom. Grazzi talli bqajt hemm għalija, talli fhimtni anke meta ma ma kinitx faċli, u talli qatt ma tbiegħedt. Dik it-tip ta’ mħabba hi rari, u qatt mhu se neħodha ovvja”

Temmet il-messaġġ b’tama għal aktar memorji flimkien, konversazzjonijiet profondi u mumenti mimlija mumenti umoristiċi.

Il-messaġġ ta’ Gillian huwa xhieda sabiħa tal-qawwa tal-ħbiberija vera u tal-importanza li wieħed jesprimi gratitudni lejn dawk li jkunu dejjem hemm għalih. Awguri Zoe!







Ritratti:

Facebook/ Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI