Google, llum is-27 ta’ Settembru qed tiċċelebra t-23 sena tagħha. Biex tiċċelebra dan l-istadju importanti, is-search engine għamlet doodle fuq il-homepage tagħha b’kejk.
Google twaqqfet fl-4 ta; Settembru, 1998. Il-kumpanija, għall-ewwel seba’ snin, iċċelebrat l-anniversarju tat-twelid tagħha fl-istess data. Madankollu, aktar tard ġie deċiż li ċ-ċelebrazzjonijiet jinbidlu għas-27 ta’ Settembru. Dan sar biex jikkoinċidi mat-tħabbira tan-numru rekord ta’ paġni li din is-search engine kienet qed tindiċizza.
Ko-mwaqqfa minn Sergey Brin u Larry Page, Google hija waħda mill-aktar search engine użati globalment. Il-Kap Eżekuttiv attwali ta’ Google huwa Sundar Pichai, li ħa post Larry Page fl-24 ta’ Ottubru, 2015.
Iż-żewġ ko-fundaturi tal-Google kienu qed jibnu search engine flimkien fil-kmamar tad-dormitorji tagħhom u jiżviluppaw l-ewwel prototip tagħhom. Dan huwa kif Google Inc twieldet uffiċjalment fl-1988.