Illum Huwa Jum Għeluq Snin L-Attur Bravissimu Ray Sammut – Nawgurawlu Minn Qalbna!

Illum huwa l-jum speċjali tal-attur magħruf u maħbub Ray Sammut. Lil Ray insibuh anke bħala ‘Id-Dondon’, laqam li nibet mis-serje Division 7, li l-attur ħa sehem fiha. Ray twieled fl-4 ta’ Ġunju tal-1965.

Apparti l-produzzjonijiet teatrali u films ta’ Elio Lombardi li ħa sehem fihom Ray, rajnieh f’produzzjonijiet televiżivi popolari bħal Santa Monika, Il-Pesta, Qegħdin Sew, Ipokriti, One Star Hotel, Is-Salib tal-Fidda, KC, Division 7, u oħrajn. 

Ray magħruf ukoll għall-kejkijiet u ħelu ieħor li jikrea, fejn spiss itella’ ritratti ta’ dak li jkun sajjar. Bosta awgurawlu fuq il-profil ta’ Facebook għal għeluq sninu. Minn qalbna t-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Ray l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!





Facebook/ Ray Sammut



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI