Il-kantant Malti Fabrizio Faniello illum qed jiċċelebra għeluq sninu, u f’din l-okkażjoni speċjali ma setax jonqos messaġġ mimli mħabba minn sieħbu Deborah Farrugia Rocco.
Permezz ta’ kitba emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Deborah esprimiet kemm Fabrizio jfisser għaliha u għall-familja tagħhom, u kif minkejja li forsi l-għeluq sninu ma jingħatax l-istess importanza minn kulħadd, għalihom jibqa’ jum tassew speċjali.
Hi kitbet, “Happy birthday sabiħ tiegħi. Illum huwa jum speċjali… forsi mhux tant jaffetawak il-birthday …imma għalina iva. Għax illum niċċelebraw lilek …ir-raġel speċjali li tagħmlilna ħajjitna isbaħ sempliċiment billi tkun magħna. Int ir-raġel li narawh kuljum, mhux biss minn barra, imma minn ġewwa…
u aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar nifhmu kemm inti prezzjuż għalina.”
Hi żżid, “Għalina inti tfisser ħafna aktar minn kull spettaklu, kunċert jew trofew… inti kollox għalina
Int ir-raġel li tħobb bla limiti, li żżommna magħqudin, li tagħmel minn kollox biex tarana kuntenti…
u għal dan aħna grati immens. Għandna l-isbaħ grazzja – li niċċelebrawk mhux illum biss, imma kuljum ta’ ħajjitna.”
Deborah tkompli, “Inħobbuk aktar milli jistgħu qatt jesprimu l-kliem… Għal aktar avventuri, aktar daħk, aktar imħabba u ħafna aktar mumenti sbieħ flimkien, Fabrizio Faniello.”
Il-messaġġ jenfasizza kemm ir-relazzjoni tagħhom hija mibnija fuq imħabba sinċiera, appoġġ u għaqda, fejn Deborah tagħti importanza lill-persuna ta’ Fabrizio mhux biss bħala artist, iżda fuq kollox bħala sieħeb u missier.
Bla dubju, din it-tislima ħelwa kompliet tmiss il-qlub tas-segwaċi tagħhom, li ngħaqdu biex jawgurawlu sena oħra mimlija suċċessi, saħħa u ferħ.
Facebook / Fabrizio Faniello