Illum Huwa L-Jum Dinji Tal-Kokotina!

X’hemm isbaħ milli toqgħod ġewwa għall-irdoss f’dawn il-jiem ta’ temp xitwi fejn toqgħod taqra xi ktieb jew tara xi film/serje li tħobb? U x’imur l-aħjar ma’ mumenti bħal dawn? Il-kokotina! Illum il-31 ta’ Jannar huwa l-Jum Dinji tal-Kokotina. 

Jidher li l-ewwel rekords tal-kokotina bdew fis-sena 500 QK meta l-Majas tal-qedem kienu jixorbu ċikkulata magħmula minn żerriegħa tal-kawkaw mgħaffġa mħallta fl-ilma u l-bżar aħmar. Iċ-ċikkulata bdiet tiġi importata fl-Ewropa fis-snin 1500 u fl-1856, iċ-ċikkulatier Żvizzeru Daniel Peter ħoloq l-ewwel ċikkulata tal-ħalib billi ħallat ħalib tat-trab maċ-ċikkulata.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI