Il-Jum Internazzjonali għall-Għawm għarwien jiġi ċċelebrat illum fit-12 ta’ Lulju. It-terminu huwa magħruf l-aktar bħala ‘skinny dipping’.
L-għawm bla ħwejjeġ u bla malja huwa illegali f’Malta, imma żgur taf lil xi ħadd li għamilha. Ħafna nies saħansitra jmorru barra minn Malta biex jesperjenzaw l-għawm għarwien f’bajjiet nudisti peress li hija meqjusa bħala esperjenza rilassanti u liberali ħafna.
Li tgħum għarwien hija wkoll ħaġa kulturali. Pajjiżi bħall-Ġermanja u Franza jħaddnu dawn l-attivitajiet u saħansitra għandhom klabbs u soċjetajiet nudisti li bdew lura fis-snin tletin. Fil-Mediterran hemm ukoll diversi bajjiet nudisti legali.