Fuq il-paġna ERA – Environment & Resources Authority ippubblikaw kitba hekk kif illum huwa l-Jum Dinji tal-Fkieren tal-Baħar.
ERA jiktbu dwar kif dawn l-ispeċi prezzjużi ilhom jivvjaġġaw fl-oċeani għal miljuni ta’ snin. Pajjiżna għandu rwol importanti fil-protezzjoni tagħhom, speċjalment matul l-istaġun tas-sajf.
ERA kontinwament tqajjem għarfien dwar dan, kif ukoll tkompli tenfasizza fuq l-importanza li nipproteġuhom.
“Il-bajjiet tagħna jservu bħala post fejn din l-ispeċi protetta tbejjet, u f’dan il-perjodu l-ERA u n-Nature Trust Malta jaħdmu flimkien biex jissalvagwardjaw il-bejtiet tagħhom,” kitbu fuq il-paġna tagħhom.
Iħeġġu lill-pubbliku biex ilkoll inkunu responsabbli biżżejjed biex anke nipproteġu x-xtut tagħna. Jekk tridu aktar informazzjoni għandkom iċċemplu lill-ERA fuq 2292 3500 jew lill-Nature Trust Fee Malta fuq 9999 9505
Għandek tikkuntattja lill-entitajiet fuq dawk in-numri f’każ li tinzerta xi bejta tal-fkieren, fekruna f’diffikultà eċċ.