Illum Il-Ġurnata Perfetta Għal Dawk Li Jħobbu L-Burgers – Min Għandu L-Aqwa Burger F’Pajjiżna?

Illum qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Burgers, ġurnata ddedikata għal waħda mill-aktar ikliet popolari u maħbuba madwar id-dinja kollha… il-burger!

Minn burgers klassiċi bil-ġobon sal-aktar kombinazzjonijiet kreattivi b’ingredjenti differenti, il-burger saret waħda mill-ikliet favoriti ta’ ħafna Maltin u Għawdxin, kemm għal ikla mal-ħbieb kif ukoll għall-ikla speċjali ta’ tmiem il-ġimgħa.

F’dawn l-aħħar snin, Malta rat ukoll żieda kbira f’ristoranti li jispeċjalizzaw fil-burgers, b’ħafna nies dejjem ifittxu l-aqwa togħma, l-aktar patty juicy jew il-burger bl-aktar ingredjenti uniċi. Naturalment, meta niġu għall-burgers, kulħadd għandu l-favorit tiegħu!

Għalik fejn taħseb li jagħmlu l-aqwa burger f’Malta?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI