Raymond Zahra Ġie Rikonoxxut Għal Snin Ta’ Ħidma Fil-Festa Ta’ San Sebastjan

L-Għaqda tan-Nar San Sebastjan tal-Qormi sellmet il-ħidma twila u d-dedikazzjoni ta’ Raymond Zahra hekk kif innominatu għall-premju “Għarfien il-Ħila – Sehem fl-Għaqdiet Lokali” fl-okkażjoni ta’ Jum Ħal Qormi.

F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, l-għaqda rrakkuntat kif Raymond ilu involut fil-ħajja tal-festa u tal-għaqdiet Bastjaniżi għal bosta snin. Raymond beda jaħdem in-nar fi ħdan l-Għaqda tan-Nar San Sebastjan sa mis-sena 1980 u baqa’ jagħmel dan sal-2013.



Matul dawn is-snin, huwa ta kontribut importanti fit-tmexxija tal-għaqda, partikolarment fil-qasam pirotekniku fejn serva wkoll fil-kariga ta’ Assistent Licencee. Barra minn hekk, Raymond huwa wkoll membru fil-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, fejn ilu jokkupa l-kariga ta’ Assistent Direttur sa mill-1994.



L-għaqda spjegat ukoll kif Raymond jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ kuljum fis-sede tas-soċjetà, filwaqt li kien ukoll wieħed mill-pijunieri tar-radju Bastjaniżi F.M. “Raymond, filwaqt li l-Għaqda tan-Nar tawguralek għal dan il-premju tant mistħoqq, tirringrazzjak tal-għajnuna sfieqa tiegħek fi ħdan l-għaqdiet tal-festa!” kitbet l-għaqda.

Bosta kienu dawk li sellmu d-dedikazzjoni u l-impenn tiegħu lejn il-festa ta’ San Sebastjan u l-għaqdiet Qriema matul is-snin.



Ritratti:

Facebook / St Sebastian Fireworks Factory Qormi – Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI