Illum Il-Ġimgħa 13 Li Għal Ħafna Meqjusa Ġurnata Sfortunata – Temmen Fis-Superstizzjonijiet?

Is-superstizzjonijiet ilhom għal sekli sħaħ jaffaxxinaw lill-umanità, bi twemmin li jisfida l-loġika u r-raġuni. Filwaqt li xi wħud iwarrbuhom bħala irrazzjonali, ħafna għadhom iżommu dan it-twemmin antik.

Is-superstizzjonijiet ivarjaw madwar id-dinja, iżda waħda komuni hi żgur tal-Ġimgħa 13 tax-xahar! Oħrajn jinkludu, jiġu evitati qtates suwed, ma tgħaddix minn taħt sellum, ma tkissirx mirja, tixħet il-melħ fuq l-ispalla fost ħafna oħrajn.

Xi wħud isostnu li jġibu xorti tajba, filwaqt li oħrajn eżattament bil-kontra. Il-qawwa tas-superstizzjonijiet tinsab fil-psikoloġija tista’ tgħid fejn ħafna drabi joffru komfort fi żminijiet inċerti, li jaġixxu bħala sigurtà għall-moħħ.

Xi wħud isibu serħan fis-superstizzjonijiet, billi jattribwixxu s-suċċessi jew il-fallimenti tagħhom għal dawn ir-ritwali strambi. Id-dibattitu jkompli, imma sew jekk temmen fihom jew le, is-superstizzjonijiet jibqgħu aspett kurjuż u dejjiemi tal-kultura umana.

Hemm xi superstizzjoni li temmen fiha?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI