“Illum Il-Prinċipessa Għalqet Ħames Snin! Grazzi Tal-Imħabba Bla Qies Li Ġibtli F’Ħajti.” – L-MEP Alex Agius Saliba

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba jawgura lill-għażiża bintu f’għeluq sninha. Dan il-jum żgur li jimlilu qalbu b’ferħ hekk kif jitfakar fil-jum li fih sar missier.

Hu jikteb, “Illum il-prinċipessa għalqet ħames snin! Grazzi tal-imħabba bla qies li ġibtli f’ħajti. Inħobbok Amelia.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Amelia l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Nawgurawlha sena mimlija, saħħa, hena u paċi f’qalbha flimkien ma’ ħafna avventuri ġodda li minnhom tikber u titgħallem aktar.

Awguri Amelia!





Facebook / Alex Agius Saliba



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI