“Illum Insellmu L-Memorja Tal-Għażiż Missierna Mose’ F’Jum Twelidu” – Il-Ministru Michael Falzon

Il-Ministru Michael Falzon illum fakkar jum għeluq snin l-għażiż missieru, li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem u ddedikalu kelmtejn f’din il-ġurnata.

Permezz ta’ ritratt u messaġġ emozjonanti fuq il-mezzi soċjali tiegħu, hu kiteb, “Flimkien ma’ ħija Silvio, illum insellmu l-memorja tal-għażiż missierna Mose’ f’jum twelidu. Kompli ħarisna u grazzi tal-valuri sodi u l-imħabba li rabbejtna bihom. Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti mingħand persuni lokali, jagħtu l-kondoljanzi tagħhom u anke jfakkru il-bniedem ta’ qalb tajba li kien l-għażiż missieru. Kien raġel maħbub immens.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.  

Ritratt:

Facebook / Michael Falzon

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI