L-eks Membru Parlamentari Oliver Scicluna qasam mument personali fuq il-mezzi soċjali hekk kif qasam l-awguri ta’għeluq is-6 snin ta’ ibnu Aidan.
F’ritratt li juri l-imħabba bejn missier u iben, Oliver kiteb messaġġ mill-qalb fejn ma naqasx milli jiddeskrivi l-karattru ta’ Aidan b’mod ġenwin u umoristiku. “Illum iż-żgħir tagħna Aidan jagħlaq 6 snin. Karattru nibbixi, għalkemm jaf iħobb mingħajr ma’ jurik,” kiteb, u żied li minkejja r-ras iebsa tiegħu, li kultant iġġiegħlu “ngħid xi kelma #%>##<” – dik id-determinazzjoni tagħmlu speċjali.
Il-messaġġ intemm b’dikjarazzjoni sempliċi iżda qawwija li laqtet ħafna minn dawk li segwewh: “Inħobbuk ħafna.” Il-kitba ġabet magħha diversi kummenti ta’ awguri u kliem sabiħ mingħand segwaċi u ħbieb, li ngħaqdu ma’ Oliver biex jawguraw lil Aidan f’dan il-jum speċjali.
Mument ieħor li jfakkarna li, lil hinn mill-ħajja pubblika, dawn huma wkoll ġrajjiet ta’ mħabba u familja li kulħadd jista’ jifhem u japprezza. Awguri Aidan, nittamaw li jkollok sena mimlija mħabba, għożża u avventuri ġodda.
Facebook / Oliver Scicluna